Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump mistenni jżur ir-Renju Unit is-sena d-dieħla. Jidher li Downing Street u l-White House qegħdin jaraw x’għażliet hemm għal din iż-żjara. Trump aċċetta l-invit tar-reġina biex jivvjaġġa lejn l-Ingilterra fuq żjara statali meta l-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May żaret Washington f’Jannar.
Iżda l-ħsieb ta’ żjara statali kien ħoloq kontroversja u wassal lil Trump biex ibiddel fehmtu. Kien intqal li huwa ma riedx jagħmel iż-żjara meta kien hemm l-għidut li potenzjalment isiru protesti kontrih. Intant, maż-żewġ miljun persuna ffirmaw waħda min-numru ta’ petizzjonijiet li jgħidu li Trump m’għandhiex isirlu stedina għal żjara statali fir-Renju Unit.