Wara tlett iljieli l-isptar, il-President Amerikan Donald Trump għamel ritorn drammatiku lejn il-White House biex ikompli hemmhekk it-trattament għall-Coronavirus.
Il-President neħħa l-maskra fil-gallarija tal-White House, fejn bosta ħaddiema ttestjaw pożittivi għall-COVID-19 fl-aħħar jiem.
Ftit qabel, Trump kiteb fuq Twitter li qed iħossu tajjeb ħafna u appella lis-segwaċi tiegħu biex ma jibżgħux mill-virus u ma jħalluhx jiddominalhom ħajjithom.
L-Istati Uniti għandha aktar minn 7 miljun każ ta’ infezzjonijiet ta’ COVID-19 u 210,000 mewt.