Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump biddel il-linji gwida li kienu qed isegwu l-iskejjel tal-istat li kienu jippermettu persuni transgender jużaw toilets skont l-identità tal-ġeneru.
Il-linji gwida kienu ħarġu mill-predeċessur tiegħu Barack Obama u kienu deskritta bħala rebħa għad-drittijiet ta’ persuni transgender.
Madanakollu kien hemm kritiċi li qalu li l-linji gwida huma ta’ offiża għall-privatezza u s-sigurtà ta’ dawn il-persuni. Filfatt tlettax-il stat Amerikan opponew id-direttiva ta’ Barack Obama b’uħud ħadu passi legali.
Il-bidla mhiex maħsuba li se tħalli impatt mal-ewwel , u dan għaliex id-direttiva diġa’ hija temporanjament imwaqqfa minn imħallef f’Texas.
L-amministrazzjoni ta’ Trump bagħtet ittra lill-iskejjel tal-Istati Uniti tispjega dwar il-bidla u qal li l-miżura ta’ qabel ikkawżat konfużjoni. Ittra li qajmet dubji dwar kif il-linji gwida se jkunu implimentati fil-prattika.
Intant, malli ħarġet l-aħbar quddiem il-white house kien hemm protesti jappellaw għal ugwaljanza fost persuni trans u għal protezzjoni fuq tfal transgender