L-eks President Amerikan Donald Trump tkellem għall-ewwel darba waqt attività politika fuq barra mindu ġew sparati tiri lejk f’każ ta’ attentat ta’ qtil f’Lulju li għadda fl-Istat ta’ Pennsylvania.
F’din l-attività fl-istat ta’ North Carolina, fi sfond ta’ kampanja elettorali għall-elezzjonijiet Presidenzjali ta’ Ottubru li ġej, Trump deher jindirizza lil għexierem ta’ nies wara ħġieġ bullet proof.
Hawnhekk huwa kkummenti dwar kif Barack u Michelle Obama kkritikawh fl-indirizz li għamlu fil-Konvenzjoni Nazzjonali tad-Demokratiċi t-Tlieta filgħaxija f’Chigago.
Il-midja internazzjonali rrappurtat ukoll kif kien hemm preżenza qawwija ta’ uffiċjali tas-sigurtà armati.