Il-President Amerikan Donald Trump u martu Melania Trump qattgħu parti mill-Milied fl-Iraq.
Fi żjara li nżammet sigrieta sal-aħħar, il-President Amerikan qatta’ tliet sigħat fil-bażi militari Amerikana ġewwa Baghdad.
Huwa ltaqa’ ma’ għadd ta’ suldati Amerikani li faħħarhom tas-servizz li qed jagħtu biex irnexxilhom jeqirdu lill-Istat Iżlamiku.
Trump, li aktar kmieni ħabbar li se jneħħi s-suldati Amerikani mis-Sirja spjega kif ma għandu l-ebda intenzjoni li jneħħi l-preżenza militari Amerikana fl-Iraq.
Trump kellu jiltaqa’ mal-Prim Ministru Iraqqin Adel Abdul Mahdi iżda minħabba nuqqas ta’ qbil dwar kif se jiltaqgħu, iż-żewġ partijiet tkellmu permezz ta’ telefonata.