Il-President Amerikan Donald Trump beda żjara maratona madwar l-Asja.
Din iż-żjara mistennija tkun l-itwal waħda ta’ President Amerikan fl-Asja tul dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena.
Flimkien ma’ martu Melania, Trump beda din iż-żjara minn Hawai fejn żar il-Monument f’ Pearl Habor li jfakkar l-attakk Ġappuniż fit-tieni gwerra dinjija.
Trump huwa mistenni li juri għaqda u solidarjetà mal-Korea t’ Isfel u l-Ġappun, filwaqt li se jħeġġeġ iċ-Ċina sabiex iżżomm sod ma’ Pyongyand.
Fl-aħħar ġimgħat Trump kien f’ tensjoni qawwija mal-Korea ta’ Fuq fid-dawl ta’ diversi testijiet u programmi nukleari tagħha.
Tul ż-żjara tiegħu l-President Amerikan se jitkellem mal-forzi Amerikani u Ġappunizi fil-bazi tagħhom f’ Yokota l-Ħadd.
Huwa se jkun qed iżur ukoll Camp Humphreys – Kumpless Militari Amerikan u kif ukoll il-Vjetnam u Manila.
L-aħħar darba li President Amerikan għamel zjara fit-tul bħal din kien George Bush bejn l-elf disa mija wieħed u disgħin u l-elf disa mija u tnejn u disgħin.