Il-President Amerikan qal li se jordna s-servizzi militari sabiex ikunu aggressivi fl-attakki fil-konfront tat-talibani, sabiex jiġġieldu biex jirbħu fl-Afganistan. Qalilhom sabiex “joqtlu it-terroristi”, sinjal ċar li mhux se tkun qed tintemm malajr il-gwerra li ilha għaddejja 16-il sena.
F’diskors assertiv Trump qal li l-amministrazzjoni tiegħu se tkun qed tiffornixxi l-għodda u regoli kollha neċessarja sabiex is-suldati tal-poplu Amerikan iħaddem din l-istrateġija.