Il-White House m’hijiex qed jirnexxielha twaqqaf il-kritika politika li qed tiġi ġġenerata wara s-summit bejn il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump u dak Russu Vladimir Putin.
Trump qed jaffaċċja kritika kbira għax ma kienx kapaċi jaffaċċja lil Putin dwar it-tbagħbis tar-Russja fl-elezzjonijiet Presidenzjali fl-istati Uniti tal-2016.
Fil-fatt, midja internazzjonali qed issostni li Trump saħansitra sfida lill-kritiċi u mar kontra pajjiżu stess.
Meta ġie mistoqsi minn ġurnalist dwar jekk ir-Russja hux se tibqa’ tattakka lill-Istati Uniti, Trump wieġeb fil-pożittiv.
Madanakollu aktar tard, kelliema għall-White House qalet li meta qal hekk, it-tweġiba tal-President kienet immirata għal fatt li ma riedx iwieġeb il-mistoqsija u mhux li l-Istati Uniti mhux se tibqa’ fil-mira tar-Russja.