L-organizzazzjoni li tirrappreżenta l-pajjiżi Afrikani talbet lil-President tal-Istati Uniti Donald Trump jiskuża ruħu wara li allegatament sejjaħ nazzjonijiet fil-kontinent Afrikan: “shitholes“.
Il-grupp f’Washington DC esprima “xokk, dispjaċir u rabja” u qal li l-amministrazzjoni Trump ma fehemietx lill-Afrikani.
Il-mexxej tal-Istati Uniti għamel l-allegat kumment f’laqgħa tal-Ħamis dwar l-immigrazzjoni iżda Trump ċaħad li uża l-lingwa rrapportata.
Huwa kien appoġġjat minn żewġ Repubblikani li kienu fil-laqgħa tal-White House, iżda s-Senatur Demokratiku Dick Durbin qal li Trump sejjaħ verament pajjiżi Afrikani “shitholes” bosta drabi u uża lingwa razzista.
Nhar il-Ġimgħa, Trump fi tweet qal li l-lingwa li huwa uża fil-laqgħa privata mal-leġislaturi biex jiddiskutu l-leġiżlazzjoni dwar l-immigrazzjoni kien “iebsa”. Imma żied jgħid li l-kliem attribwiti lilu ma kinux “il-lingwa użata”.