Il-kandidat Repubblikan għall-Presidenza tal-Istati Uniti, Donald Trump iddefenda r-rimarki oxxeni tiegħu dwar in-nisa matul it-tieni minn tliet dibattiti li fih fetaħ attakk kontra Hillary Clinton u żewġha.
Huwa ċaħad ukoll li attakka seswalment xi nisa iżda dawwar l-attakki tiegħu fuq Bill Clinton f’dibattitu presidenzjali fl-Istati Uniti. Min-naħa tagħha, Hillary Clinton irrifjutat li tikkumenta dwar il-kummenti fuq żewġha. Dan filwaqt li saħqet li l-vidjo ta’ Trump fl-2005, juri min hu Trump fil-verita.
Donald Trump qal jekk jirbaħ hu, se jaħtar prosekutur speċjali biex jinvestiga lil Hillary Clinton b’rabta mal-e-mails privati tagħha. Trump u Clinton argumentaw ukoll dwar is-Sirja u l-aggressjoni Russa.
Huma kienu mistoqsija biex jgħaddu kumment pożittiv dwar xulxin, bi Clinton tgħid li ulied Trump huma riflessjoni tiegħu u bi Trump jgħid lill-avversarju tiegħu, ġellieda li qatt ma taqta’ qalbha.
Intant, minn tal-inqas 33 repubblikan li jinkludu membri tal-kungress fost l-oħrajn, irtiraw l-appoġġ tagħhom lejn Donald Trump.