Ikomplu l-botti u risposti bejn Iżrael u l-Amerka wara r-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Maqgħuda li rrimarkat għat-tmiem tal-bini ta’ settlers Lhud.
Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu kkundanna d-diskors tas-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry. Netanyahu sostna li kliem Kerry kien żbilanċjat wara li qal li Iżrael qed itappan il-proċess ta’ paċi fl-Lvant Nofsani.
Sadanittant il-President elett Donald Trump ukoll daħal fil-kwistjoni wara li appella lill-istat Lhudi biex iżomm sod u jistenna lilu jkun fit-tmun tal-Amerka. Trump wera appoġġ sħiħ għall-Iżrael u spjega kif l-Amerka t’Obama qatt ma kellha titratta b’mod ħażin lil pajjiż alleat tagħha.