Il-President-elett Amerikan Joe Biden qal li l-White House qed tkun “sinċiera” fl-għajnuna tagħha fit-tranżizzjoni tal-poter.
Huwa qal dan meta kien qed jiżvela l-għażliet tiegħu għall-ogħla karigi għal meta jieħu l-poter f’idu mingħand Donald Trump f’Jannar.
Donald Trump fl-aħħar aċċetta li jibda l-proċess tranżitorju formali t-Tnejn li ġej, kważi tliet ġimgħat wara l-elezzjoni Presidenzjali.
Minkejja dan għadu qed jirrifjuta li jammetti t-telfa, u għadu qed jirrepeti allegazzjonijiet bla provi li l-voti tat-tlieta ta’ Novembri kienu mbagħbsa.