Fil-Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex se ssib WEEE trolleys. F’dawn it-trolleys, il-pubbliku jista’ jarmi fihom skart elettroniku.
Dan l-iskart elettroniku jvarja minn affarijiet elettroniċi żgħar bħal radju, kameras u magni tax-xagħar fost oħrajn.
Dawn it-trolleys diġa tista’ ssibhom fil-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Qormi, l-Imġarr u l-Mosta. Fil-jiem li ġejjin il-WEEE trolleys se tkun tista’ ssibhom fil-Kunsilli lokali ta’ kull lokalitá. Din l-inizjattiva se tkun estiża wkoll għall-kumpaniji u skejjel fiż-żmien li ġej.
Ladarba t-trolley jimtela, l-kumpanija WEEE Malta se tiġbor l-iskart elettroniku sabiex jittieħed f’faċilitajiet akkredidati.