Il-Ministru għat-Trasport qal fil-Parlament li l-ġimgħa d-dieħla se jħabbar il-ftuħ ta’ triq temporanja madwar l-eks Malta Shipbuilding biex tintuża minflok it-triq li s-sewwieqa kienu jużaw f’Baċir Numru 7, li issa ngħalqet minħabba l-hub marittimu.
Il-Ministru Mizzi qal li t-triq mill-Baċir Numru 7 kienet tieħu mat-30% tat-traffiku li kien imur lejn in-nofsinhar.
Il-gvern huwa konxju tal-konġestjoni tat-traffiku li hemm fl-inħawi u għalhekk se jiftaħ din it-triq b’mod temporanju sakemm tinstab alternattiva permanenti.