Triq Santa Marija, li twasslek għaż-żona tal-Qbajjar f’Marsalforn, Għawdex, ingħatat wiċċ ġdid b’valur ta’ madwar €150,000. Dan sar bħala parti minn investimenti oħra fl-infrastruttura tal-lokalità, li jlaħħqu l-€15-il miljun.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Cailleri qal li din it-triq kienet ilha minsija u għatxana għal intervent infrastrutturali, iżda issa r-residenti u kull min iżur l-inħawi għandhom triq aħjar kif jixraq.
Il-Ministru Camilleri qal, “Dan jikkumplimenta l-investiment fuq il-waterfront ta’ Marsalforn u l-Menqa. Se nibdew ukoll it-triq li mir-Rabat u mix-Xagħra twassal għal Marsalforn.”
Dan kollu se jsir b’investiment globali ieħor ta’ madwar €10 miljun.