Id-dikjarazzjoni ta’ Ruma se tkun qed tibazza l-futur tal-Unjoni Ewropea fuq Ewropa maqgħuqa. Din id-dikjarazzjoni li intlaħħqet wara qbil unanimu bejn il-mexxeja Ewropej, fi tmiem summit ta’ jumejn fi Brussell.
Fuq Twitter il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li d-diskussjoni dwar it-triq il-quddiem għas-sittin anniversarju tat-trattat tar-Ruma hija pożittiva , kostruttiva u miftuħa.
#EUCO discussion on #EU60 anniversary and way forward was open, positive and constructive -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) March 10, 2017
Il-Prim Ministru Malti bħala, l-mexxej ta’ Gvern li bħalissa għandu f’idejh il-Presidenza tal-kunsill tal-Unjoni Ewropea, ipparteċipa bi sħiħ fid-diskussjonijiet għat-tfassil tad-dikjarazzjoni tar-Ruma, u fl-ewwel impenji ta’ dalgħodu kellu “breakfast meeting” mal-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Junker u l-President tal-Kunsill Ewropew Donal Tusk , sabiex jiddiskutu t-tfassil tad-dikjarazzjoni .
Mexxeja Ewropej dehru sodisfatti b’dak maqbul f’dan is-summit u l-Kanċillier Ġermaniz Angela Merkel faħħret is-sehem ta’ Malta f’dawn id-diskuzzjonijiet .
Id-dikjarazzjoni se tkun iffirmata ġimgħatejn oħra f’Ruma , bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tas-sittin anniversarju mit-trattat ta’ Ruma.