Triq Mikiel Anton Vassalli, direzzjoni tramuntana, tinsab magħluqa għat-traffiku minħabba inċident li seħħ fiż-żona tal-proġett tal-Msida Creek. It-traffiku qed jiġi mgħoddi minn Triq D’Argens u x-Xatt tal-Imsida.
Transport Malta ħeġġet lix-xufiera jagħmlu użu minn rotot alternattivi.
Sadanittant, Infrastructure Malta qalet li wieħed mill-ħaddiema sofra ġrieħi ħfief, fejn ingħata l-kura meħtieġa minn tim mediku li assista fuq il-post. Fi stqarrija ntqal li bħalissa għaddejja investigazzjoni mill-awtoritajiet tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol biex tara xi kkawża dan l-inċident.