Triq il-Wied Ħal Balzan se tkun qieghda tinbena mill-gdid. It-triq ilha mitluqa fi stat perikoluż għal ħafna snin.
Dan tħabbar dalgħodu mill-Ministru għall-Infrasstrutura Ian Borg li spjega kif Triq il-Wied kienet l-iktar triq li kitbulu nies dwarha mhux biss residenti imma anki persuni li jgħaddu minnha.
Qal li din it-triq taqa’ taħt ir-responsabbilita tal-kunsill lokali ta’ Ħal Balzan imma huwa impossibli li ssir minħabba l-Budget li jenħtieġ.
Ilbieraħ il-parlament ta l-permess biex l-aġenzija l-ġdida tgħaddi għal stadju ta’ kumitat.
Hekk kif titwaqqaf, Infrastructure Malta mill-ewwel ser tħabbar proġetti kbar biex nibdew nibnu mill-ġdid it-toroq residenzjali li ngħixu fihom f’kull lokalità f’Malta u Għawdex. Din l-aġenzija ser tikkonsulta u tikkollabora mal-kunsilli lokali biex ix-xogħol li għandha quddiemha jitwettaq bl-inqas inkonvenjent għar-residenti.
Il-gvern se jallokka seba mitt miljun sabiex isiru t-toroq fi żmien 7 snin.
Ix-xogħol fi Triq il-Wied se jibda il-ġimgħa li ġejja.