Triq il-Fortizza tal-Mosta se tingħalaq għat-traffiku bejn it-20:00 tal-lejla u l-05:00 ta’ filgħodu biex jitkompla xogħol ta’ tiswija fuq it-triq ta 1.6km li tgħaqqas il-Mosta man-Naxxar.
F’messaġġ fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, l-Aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta ħabbret li se tkun qed tagħmel asfalt ġdid fuq it-triq, wara li l-parti ta’ fuq tat-triq kienet miksija mill-ġdid tul is-sajf li għadda.
Qalet ukoll li t-triq se tkun magħluqa għat-traffiku nhar il-Ġimgħa wkoll. Sewwieqa huma għalhekk mitluba jsegwu direzzjonijet alternattivi.