Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tavża li t-traffiku li ġej mill-Baħrija lejn ir-Rabat jista’ jgħaddi mit-Triq il-prinċipali, Triq Għajn Qajjet.
Traffiku li sejjer mir-Rabat lejn il-Baħrija għalissa jrid ikompli jgħaddi minn Triq is-Salvatur. Is-sewwieq huma mħeġġa biex isuqu bil-galbu u jobdu s-sinjali tat-traffiku u l-istruzzjonijiet.