Triq li tagħmel parti minn San Ġiljan u Pembroke se tissemma għall-pumpier Joseph Zammit mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li miet waqt il-qadi ta’ dmirijietu f’Settembru li għadda.
Zammit tilef ħajtu fl-età ta’ 48 sena, wara li żviluppawlu problemi mediċi bil-konsegwenza li ntilef minn sensih.
Fil-ħin ta’ qabel, Zammit, flimkien ma’ grupp ta’ pumpieri oħrajn kienu qed jitfu nirien li ħakmu ħaxix kawża ta’ skart fl-inħawi ta’ St Andrew’s f’Pembroke.
Hu kien ingħata l-ewwel assistenza medika minn sħabu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjonii Ċivili, li kienu fuq il-post, sakemm waslet ambulanza u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Sfortunatment, iżda, hu kien ġie ċċertifikat mejjet.
Il-Kunsill Lokali ta’ Pembroke ppropona biex din it-triq tissemma għal dan il-pumpier.