Il-karreġġjata tat-Tramuntana ta’ Triq Dawret San Pawl (il-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar) se tkun magħluqa għat-traffiku fil-lejl ta’ għada (1 ta’ Novembru) bejn is-sebgħa ta’ filgħaxija u l-ħamsa ta’ filgħodu.
Imbagħad, għall-ħames ġimgħat li ġejjin, it-triq se tkun miftuħa b’korsija waħda f’kull direzzjoni għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni u kisi bl-asfalt.
Ħabbret dan Infrastructure Malta fuq il-paġna ta’ Facebook. Wissiet ukoll biex kull min se jkun qed juża’ r-rotta jaħseb minn qabel, filwaqt li rringrazzjat għall-koperazzjoni.