Fil-festi ħafna tfal ikollhom seba’ mitt sena biex jixtru dawk magħrufa bħala trikki trakki, li jsabbtu malart u jagħmlu ħoss ta’ sparatura żgħira. Iżda, il-konsegwenzi tagħhom ġieli ma jkunux sbieħ.
Ħafna jieħdu pjaċir jixtruhom għax għalihom dak huwa l-mod kif imissu xi ħaġa tan-nar (anke jekk m’għandha x’taqsam xejn) u oħrajn l-hena tagħhom jaraw lil ħaddieħor jinħasad meta jitfgħu dawn it-trikki trakki bil-moħbi.
Iżda, l-esperjena li għadda minnha Etienne Schembri, ġenitur, tħalli lil ħafna jistaqsu dwar kemm huwa sigur dak li jidher li ma jista’ jagħmel ħsara ta’ xejn.
Għalkemm fl-imgħoddi diġa’ kien hemm ilmenta dwar dawn it-tip ta’ trikki trakki, li wieħed jixtri mingħand tal-ġugarelli, dak li ġara lil Schembri għandu jiftaħ għajnejn bosta.
“Nhar is-Sibt ibni xtara minnhom u żammhom fil-but tal-qalziet. Waqt li kien qed jilgħab ma’ sħabu intlaqtu jew inqarsu u ħadu kollha f’daqqa fejn spiċċa ħaraq il-qalziet u agħar minn hemm inħarqitlu siequ wkoll. Aċċident li seta’ kellu konsegwenzi agħar minn hekk li kieku kienu fil-but tal-qmis u ħaraq wiċċu u għajnejh. Meta se jkun hemm nies responsabbli jaraw x’qed joffru l-bejjiegħa tas-suppost ġugarelli,” ikkummenta Schembri.