Ħadt jew se tieħu toast dalgħodu? Ara li tkun safranija u mhux kannella, biex forsi tnaqqas ir-riskju ta’ kanċer.
Il-Food Standards Agency fl-Ingilterra qed twissi li meta ħobż, chips jew patata jkunu msajra jew mixwija sakemm jiġu kannella, dawn tiżdidilhom l-‘acrylamide’. Tip ta’ kimika li toħroġ minn dan it-tip ta’ ikel meta jkun mixwi għal ħafna ħin. L-istess aġenzija wissiet li l-patata qatt m’għandha tinżamm fil-friġġ, għax l-ammont ta’ zokkor jiżdied fil-patata meta tinżamm f’temperaturi baxxi, u jiżdied l-ammont ta’ ‘acrylamide’ waqt it-tisjir.