Jissejjaħ Inupathy collar u qiegħed jikseb dejjem aktar suċċess. Ħareġ madwar sena ilu fil-Ġappun, iżda jidher li qed jaqbad sew, b’invervisti fuq irkejjen kulturali ta’ siti tal-aħbarijiet kbar bħal m’huma l-BBC.
L-Inupathy coller kapaċi jagħraf x’tip ta’ burdata għandu annimal, u jbiddel kulur skont il-burdata. Kuluri hemm diversi – skont l-annimal hux eċitat, kuntent, jew ikkonċentrat.
Wieħed mill-imħuħ wara dan l-apparat, ċertu Joji Yamaguchi, stqarr li vvinta dan l-apparat għaliex xtaq ikun jaf aktar dwar l-emozzjonijiet tal-kelb tiegħu.
Aktarx ma ndumux ma naraw xi ħaġa simili hawn Malta wkoll.