Il-passiġġieri internazzjonali kollha se jridu jipprovdu riżultat negattiv għall-Covid-19 qabel ma jivvjaġġaw lejn l-Ingilterra jew l-Iskozja. Dan jinkludi wkoll iċ-ċittadini tar-Renju Unit stess.
Ħabbar dan il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn ikkonferma li ftit aktar minn miljun ruħ issa rċevew mill-inqas doża waħda tal-vaċċin.
Il-miżuri l-ġodda huma mistennija li jidħlu fis-seħħ fl-Ingilterra kmieni l-ġimgħa d-dieħla, u “mill-aktar fis possibbli” fl-Iskozja.
Din il-miżura qed tagħti t-tama li tikkontrolla aħjar t-tixrid tal-coronavirus.
Jingħad li l-uffiċjali qed jaħdmu mill-qrib mal-amministrazzjonijiet dwar miżuri simili għal Wales u l-Irlanda ta’ Fuq.
Dan seħħ wara 1,162 każ ta’ mwiet fi żmien 28 jum irrappurtati fir-Renju Unit – it-tieni jum konsekuttiv ta’ aktar minn 1,000 imwiet irreġistrati.
Filwaqt li ien hemm ukoll 52,618-il każ ġdid.