F’konferenza tal-aħbarijiet mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Josep Borrell sostna li Malta refgħet piż kbir u laqa’ l-fatt li Malta trid tindirizza l-problemi li qed iwasslu ghall-influss tal-immigranti.
Huwa spjega li trid tinħoloq soluzzjoni fit-tul dwar il-Libja.
Il-Ministru Evarist Bartolo kompla fuq dak li qal il-Prim Ministru fil-laqgħa ta’ qabel u sostna li s-sitwazzjoni tal-Ewropa hija ddeterminata minn x’jiġri fil-Libja.
Bartolo rringrazzja lill-pajjiżi li fil-ġimgħat li għaddew ikommettew ruħhom biex jieħdu immigranti minn Malta.