L-opra Carmen ta’ George Bizet se titella’ fi Strada Stretta bħala esebizzjoni ta’ teatru tat-triq fl-24 ta’ Novembru li ġej.
Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni V18, Jason Micallef, qal li Strada Stretta fil-Belt Valletta rat talent kbir fis-snin ħamsin u issa qed naraw riġenerazzjoni ekonomika kbira fl-inħawi wara għatx kbir għall-identità Beltija.
Hu qal li ma kienux joħolmu li Strada Stretta kienet se tkun dashekk kruċjali fir-riġenerazzjoni li nħoloq fil-Belta Kapitali. Kompla billi qal li din fissret opportunitajiet uniċi għall artisti.
Jason Micallef qal li se jkun hemm 50 attività fl 2017 matul il-ġurnata, fil-waqt li waqt il-Presidenza se jkollha programm partikolari.
Giuseppe Schembri Bonaci, id-Direttur Artistiku ta’ Strada Stretta qal li Strada Stretta kienet sfumat fx-xejn fis-snin sebgħin.
Però, hu qal li, kien hemm dejjem rabta kulturali bejn l-ispettaklu u din it-triq. Hu qal ukoll li din it-triq ma tridx tiftakar biss fil-passat imma trid terġa’ titwieled fuq livell ogħla.
Temm billi qal li “għall-2017 ridna approċċ li tmur lil’hinn minn ideat tipiċi, dan bħall-opra Carmeb li se tkun bi sfond ta’ commedia dell’arte u teatru popolari.