Tliet kumpaniji fl-iGaming huma interessati li jkompu jespandu f’pajjiżna. Dawn huma NetRefer, Videoslots u NetEnt, li żarhom il-Ministru responsabbli mis-settur diġitali, Manuel Mallia.
It-tlieta li huma faħħru l-intervent f’waqtu tal-Gvern biex isolvi l-problema ta’ nuqqas ta’ ħiliet fid-dinja diġitali. Dak kien fattur ta’ xkiel għall-industrija f’Malta għal bosta snin, u għadu sfida ewlenija.
Il-Minsitru Mallia qal li hemm liġi ġdida li qed titfassal u li tħares lejn l-aħħar tendenzi fl-imġieba tal-konsumatur, l-iżviluppi fit-teknoloġija, u n-natura tas-servizzi offruti, fost oħrajn.
Is-settur tal-iGaming huwa wieħed mill-aktar li jħaddem nies hawn Malta. Sal-bieraħ ħabbarna li Betfair se jkabbru hawn Malta wkoll.