Shamima Begum, iż-żagħżugħa Iżlamista li qed titlob li titħalla tmur lura r-Renju Unit, welldet tifel f’kamp tar-refuġjati fis-Sirja.
F’kummenti mal-midja barranija hija qalet li l-pubbliku għandu jissimpatizza lejha u titħalla tirritorna darha.
It-tfajla, li għandha biss 19-il sena u tilfet żewġ ulied kemm damet tissimpatizza mal-Istat Iżlamiku, qed tinsisti li fl-erba’ snin li għamlet is-Sirja qatt ma għamlet xejn perikoluż, u għalhekk, mhix theddida għas-sigurtà tar-Renju Unit.
Żiedet tgħid li kemm damet parti mill-kalifat terroristiku, kienet taf bl-atroċitajiet li kienu qed isiru, fosthom it-tħanxir tal-irjus fil-pubbliku, iżda insistiet li dan kollu sar skont il-filosofija Iżlamista.