Għal Claudette Buttigieg, deputat tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista għandu jkun bħal Simon Busuttil.
Għax skont hi, il-kap li tilef b’distakk ikbar minn tal-elfejn u tlettax, qed iħalli partit iktar b’saħħtu u b’bażi elettorali iktar b’saħħitha.
“L-istil frisk tiegħu bħala Oppożizzjoni ħalla marka fuq il-politika f’dan il-pajjiż,” qalet Claudette Buttigieg li tenniet li Busuttil ħoloq oppożizzjoni differenti minn dawk letarġiċi ta’ żmien il-labour, skont inkluż dik ta’ Joseph Muscat.
Għax, qalet Buttigieg, Busuttil ivvinta mill-ġdid it-tifsira ta’ oppożizzjoni veru f’demokrazija vera.
Meta kitbet fit-Times of Malta f’jum ta’ festa Buttigieg kitbet li “d-dinamiżmu ta’ Busuttil xegħel fi kwistjonijiet ta’ ugwalanza.”
Dan anke jekk fost oħrajn astjena mill-kwistjoni tal-unjoni ċivili.
L-għada li Simon Mercieca kiteb fuq dubji kbar dwar kemm hu onest Busuttil, Buttigieg qalet li għall-integrità m’hawnx bħal kap caretaker tagħha.
U filwaqt li attakkat l-esponenti tal-Partit Laburista li jikkritikaw lil Simon Busuttil, Buttigieg għamlitha ċara ta’ xi trid mill-kap il-ġdid.
“Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista jrid jieħu l-partit ‘il quddiem u jispiċċa dak li beda Simon Busuttil,” kitbet Buttigieg li tenniet tgħid li hemm kuntrast qawwi bejnu u esponenti tal-Partit Laburista.