Nhar it-Tnejn li għadda, l-attriċi Dakota Johnson, magħrufa għall-irwol tagħha fil-films ta’ Fifty Shades, tefgħet in-numru tal-mobile personali tagħha fuq il-profil tagħha ta’ Instgram bil-għan li tkun parti minn ġest nobbli internazzjonali.
F’messaġġ fuq il-profil tagħha, Johnson tkellmet dwar il-vjolenza u l-abbuż li nisa u tfajliet ibatu ta’ kuljum, anke minħabba nuqqas ta’ aċċess għal kontraċettivi u servizzi partikolari tas-saħħa. Din l-inizjattiva qed tagħmilha mal-organizzazzjoni Global Citizen, li għandha l-għan li ttemm il-faqar madwar id-dinja sas-sena 2030.
“Ma rridx li sempliċiment nitkellem għalikom, irrid nismagħkom. Dan huwa n-numru tiegħi. Għiduli l-istejjer tagħkom, u jien lesta li nisma’. Hemm is-saħħa fin-numri”.
L-attriċi għandha 2.6 miljun persuna jsegwuha fuq Instagram.