Kull ċittadin, fi stat demokratiku għandu d-dritt li jfittex id-drittijiet u kulħadd huwa ħieles li jfittex id-drittijiet tiegħu permezz tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż.
Din kienet parti mis-sentenza mill-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, hekk kif infetaħ ilment minn Dr Mark Anthony Muscat kontra l-bank HSBC.
Dan l-ilment minn Dr Muscat infetaħ wara li l-HSBC għalaqlu l-kontijiet li kellu mal-istess bank u ma ħallihx iħallas b’karti ta’ kreditu u jieħu self mill-istess bank.
L-arbitrat innota kif il-bank ma kellux raġun meta fost in-nuqqasijiet li qal li għamel l-ilmentatur kien għax fetaħ quddiem il-Qorti u t-Tribunal Industrijali.
Min-naħa l-oħra, l-ilmentatur, li kien qed jieħu l-proċeduri kontra l-bank permezz tal-istituzzjonijiet, ma kellux għalfejn jirrikori għal fuq il-midja soċjali u jsemmi li l-bank kien qed jigdeb. L-arbitrar qal kif ħadd m’għandu jirrikorri mill-midja soċjali biex mingħalih jieħu xi forma ta’ rimedju.