Tmiem il-ġimgħa mill-aqwa għat-triatleta żagħżugħ malti Kai Azzopardi bir-rtebħ ta’żewġ midalji, deheb u fidda, f’kompetizzjoni importanti internazzjonali.
Azzopardi rebaħ il-midalja tad-deheb waqt il-European Multisport Championships f’Ciombra. It-triatleta malti għamel dan fil-kompetizzjoni tal-Aquathlon.
Dan is-suċċess ġie ftit wara li l-istess Kai Azzoaprdi rebaħ il-fidda fl-istess Multisport European Championships, meta spiċċa fit-tieni post fl-age group ta’ bejn is-16-19 -il sena.
Hawnhekk Kai irnexxielu jtemm mal-ewwel 15 -il triatleta minn total ta’ 360.