Il-Franċiż, David Trezeguet, eksplejer tat-tim nazzjonali Franċiż u Juventus llum ittieħed iżur il-ġmiel ta’ Forti Sant Anġlu fil-Birgu. Akkumpanjat mill-uffiċjali ta’ Juventus Club DOC Vero Amore Trezeguet iddawwar ma’ dan il-forti mill-isbaħ li ftit tax-xhur ilu laqa’ fih għadd kbir ta’ mexxeja minn madwar id-dinja wara li tlesta r-restawr fih. Bħalma jagħmel kull min iżur dawn iż-żoni l-istilla tal-futbol deher jammira l-ġmiel tal-Port il-Kbir, filwaqt li kien attent ħafna għall-ispjegazzjoni li tawh l-uffiċjali ta’ Heritage Malta.
Ritratt: Juventus Club DOC Vero Amore