Żewġt irġiel ta’ 25 sena, ġew akkużati li kkaġunaw ġrieħi gravi lil raġel ieħor u li telfu l-paċi pubblika.
Huma tressqu l-qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, Paul Coppini u wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Iż-żewġt irġiel ingħataw il-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.