Żewġ galoppini tal-Partit Nazzjonalista li jintużaw ukoll bħala uffiċjali tas-sigurtà tal-partit tressqu l-Qorti akkużati b’theddid fuq l-eks deputat Nazzjonalista, Jeffrey Pullicino Orlando. Għalkemm il-każ ma bediex għax irriżulta li huwa preskritt wara li l-pulizija damet iktar minn tliet snin biex resqithom il-qorti.
Fil-fatt il-każ imur lura għal April 2013 meta ċertu Tonio Zampa kien kiteb diskors oxxen fil-konfront ta’ Pullicino Orlando u miegħu ingħaqad Ivan Felice, magħruf bħala l-butcher. Dan qal li lil nies bħal JPO kellhom jgħamlulhom bħal Lhud. Zampa kien ukoll fost dawk quddiem il-qorti meta iktar mieni din is-sena kienu aggrediti l-ġurnalisti ta’ ONE NEWS.
Meta dalgħodu tressqu l-Qorti kienu rappreżentanti mill-avukati Jason Azzopardi u Victor Scerri.
Fir-ritratt: Tonio Zampa
Fir-ritratt prinċipali: Ivan Felice