Ftit tal-ħin ilu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, ressaq għall-ewwel qari fil-Parlament Malti emenda għall-kodiċi kriminali biex ikun żgurat li l-liġi ma ttellifx lit-tobba milli jsalvaw il-ħajja ta’ mara tqila f’każ ta’ kumplikazzjonijiet mediċi serji.
B’din l-emenda, se tkun iċċarata l-pożizzjoni legali tat-tabib kuranti u tal-omm f’ċirkostanzi fejn it-tqala twassal biex l-omm tħabbat wiċċha ma’ kumplikazzjoni medika li tpoġġilha ħajjitha f’periklu gravi.
Din l-emenda se ddaħħal eċċezzjoni fil-liġi li tiċċara li meta l-professjonisti mediċi jaqblu li t-tqala jkollha tiġi tterminata b’intervent mediku biex tiġi protetta s-saħħa tal-mara tqila, din it-terminazzjoni ma titqiesx bħala reat taħt l-artikoli relevanti tal-istess kodiċi kriminali.
Ftit tal-minuti ilu ressaqt għall-ewwel qari fil-Parlament Malti emenda għall-kodiċi kriminali sabiex niżguraw illi l-liġi ma ttellifx lit-tobba milli jsalvaw il-ħajja ta’ mara tqila f’każ ta’ komplikazzjonijiet mediċi serji.
— Chris Fearne (@chrisfearne) November 21, 2022