Raġel ta’ 37 sena mill-Għasri Għawdex inħeles mill-arrest wara li dalgħodu tressaq il-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Simone Grech.
Huwa ġie akkużat li f’Ottubru li għadda fi Triq iż-Żebbuġ fl-Għasri, seraq ammont ta’ għodda ta’ kostruzzjoni u tyres li l-valur tagħhom jammonta għal eluf ta’ ewro.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi u ngħata l-ħelsien mill-arrest.