Fl-għodwa tat-8 ta’ Diċembru, f’jum ta’ festa pubblika, triq prinċipali fir-raħal tal-Kalkara ser tieħu dehra aktar festiva għal dawn iż-żminijiet ta’ festi. ”Trejqet il-Milied” hija attivita’ bejn id-9am u s-1pm fi triq Rnella u l-madwar
Esebituri ta’ artisti li jaħdmu xogħol bl-idejn, puppet shows, maġija u llużjoni, kant, żfin, karattri popolari mat-tfal, ferrovija divertenti ddur mar-raħal, karru ta’ Father Christmas, bouncing castle, tiżjin u aktar, huma fost l-attrazzjonijiet prinċipali waqt ”Trejqet il-Milied”
Tul il-ħin tal-attivita’ ser tkun għaddejja wkoll wirja ta’ talent Kalkariż fis-sala parrokjali kif ukoll bażaar u stands armati mill-għaqdiet tal-lokal.
”Trejqet il-Milied” hija mtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara u ffinanzjata bi skema maħruġa mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali