Heritage Malta se tkun qed toffri trattament speċjali lin-nisa kollha li jżuru l-mużewijiet u siti tagħha fil-Jum Internazzjonali tal-Mara, li jiġi mfakkar fit-8 ta’ Marzu.
Għaldaqstant nhar l-Erbgħa li ġej kull mara li żżur mużew jew sit ta’ Heritage Malta se tingħata biljett b’xejn biex iżżur il-Katakombi Ta’ Bistra. Il-biljett se jkun validu sat-30 ta’ Marzu 2017.
Il-Katakombi Ta’ Bistra huma l-akbar kumpless ta’ oqbra u katakombi aċċessibbli għall-pubbliku li jinsabu barra l-konfini tal-belt qadima ta’ Melite. Il-Katakombi Ta’ Bistra nfetħu għall-pubbliku riċentament wara li tlesta proġett ta’ preservazjoni u infrastrutturali b’fondi Ewropej li għamel il-kumpless iktar aċċessibbli għall-pubbliku.
Il-Katakombi Ta’ Bistra jiftħu kull nhar ta’ Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt bejn id-9.00am u l-5.00pm, bl-aħħar dħul ikun fl-4.30pm
Iktar tagħrif dwar attivitajiet organizzati minn Heritage Malta jinstab fuq il-website, www.heritagemalta.org