Studenti minn 14-il sena ‘l fuq issa se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn trasport b’xejn.
Fid-diskors tiegħu l-Ministru Edward Scicluna spjega kif wara li din is-sena l-Gvern estenda l-għoti tal-Linja Card b’xejn għal 21,000 żagħżugħ u żagħżugħa fl-età ta’ bejn 16-il sena u l-20 sena, liema skema kienet ta’ suċċess enormi, ibbenefikaw minn din il-miżura.Il-Ministru qal li din l-iskema mhux talli se tibqa’ fis-seħħ, iżda saħansitra għas-sena d-dieħla, ser tiġi estiża biex dawk li jkunu għalqu l-20 sena iżda jkunu għadhom studenti full-time, sejrin jibqgħu eliġibbli għat-trasport b’xejn. L-istess se jsir għal dawk li għandhom 14-il sena u ’l fuq.
Matul din is-sena se jkun hemm diskussjonijiet mas-CRPD u l-Aġenzija Sapport biex naraw ukoll li jiġu inklużi kategoriji ta’ persuni b’diżabilità biex tingħatalhom tal-Linja Card b’xejn.