Mis-sena skolastika li jmiss ġenituri ta’ tfal li jattendu skejjel indipendenti u tal-knisja mhux se jkollhom iħallsu iktar għat-trasport ta’ uliedhom. Kif kien imwiegħed fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet mhux se tibqa’ d-diskriminazzjoni bejn studenti li jattendu l-iskejjel tal-istat għal dawk li jitgħallmu fi skejjel oħrajn. B’hekk it-trasport lejn u lura mill-iskola se jkun ta’ kulħadd b’xejn.