Transport Malta ingħatat raġun mill-Qorti Skoċċiża dwar kawża mibdija fl-Iskozja relatata mal-inċident li kien jinvolvi open top bus fl-2018.
Inizjalment din il-kawża kienet miftuħa kontra l-kumpanija tal-assigurazzjoni MAPFRE għad-danni. Madanakollu Transport Malta kienet imsejħa waqt din il-kawża sabiex twieġeb ukoll għad-danni.
Transport Malta iddefendiet ruħha u insistiet li l-Awtorità m’hi responsabbli għal ebda danni relatati mal-inċident inkwistjoni.
Il-kawża ġiet ordnata titwaqqaf u mistennija titkompla kontra d-ditta tal-assigurazzjoni.