Fi stqarrija Transport Malta ċaħdet kategorikament l-akkużi li saru riċentament u li dehru f’rapporti tal-midja kontra t-Taqsima tal-Infurzar Marittimu.
L-Awtorità ikkjarifikat li l-ebda uffiċjal ma ngħata kariga ta’ konsulenza bi ħlas ta’ €3000 fix-xahar biex jaħdem mid-dar.
Inkjesta interna ma sabet l-ebda evidenza ta’ att ħażin, u l-kwistjoni ġiet mgħoddija lill-Pulizija sabiex jekk hemm bżonn issir investigazzjoni ulterjuri. Pero jidher ċar li m’hemm l-ebda bażi fl-allegazzjonijiet li saru u qed ikomplu jsiru.
Transport Malta, kif dejjem għamlet, tibqa’ tikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet u qalet li ma tittollera ebda forma ta’ korruzzjoni jew abbuż.
Infatti, l-Awtorità saħqet kif waqqfet ukoll Taqsima tal-Compliance ġdida biex tiżgura l-ogħla standards ta’ integrità u trasparenza floperazzjonijiet tagħha.
L-istqarrija żiedet tgħid li Transport Malta tinsab impenjata biex tkompli tassigura s-sigurta’ u l-infurzar marittimu fl-ibħra talgżejjer tagħna.