Kumpanija partikolari għażlet li tipprova twaqqaf il-kuntratt ta’ konċessjoni biex f’Malta u f’Għawdex ikun hemm servizz ta’ trasport bil-baħar b’ħinijiet skedati.
Qalet dan Transport Malta li spjegat kif għadha kemm issottomettiet ir-risposta tagħha quddiem il-bord tal-kuntratti pubbliċi.
Intqal li din il-kumpanija oġġezzjonat mhux fiż-żmien dettat bil-liġi li fih jistgħu jintalbu kwalunkwe kjarifiċi fuq il-kuntratt.
Ġie aċċennat li l-konċessjoni tas-servizz ta’ trasport bil-baħar f’Malta u f’Għawdex jirrispetta tal-liġijiet Ewropej u jagħti servizz fattibbli u kompetittiv.
Intqal kif dan is-servizz se jkun operat mill-privat u l-pubbliku se jkun jista’ juża kemm it-trasport pubbliku fuq l-art u anki dak fuq il-baħar biex jivvjaġġa minn post għall-ieħor.
Transport Malta spjegat li dan il-proġett jisħaq li jintużaw opri tal-baħar ħbieb tal-ambjent, jiġifieri li ma jniġġsux ħafna u li dan se jkun l-ewwel tax-xorta tiegħu f’pajjiżna.
Transport Malta saħqet li hi se tibqa’ tipproteġi l-interessi tal-poplu f’kull stadju ta’ dan il-proġett ambizzjuż u tħares ‘il quddiem biex la jgħaddi l-istadju ta’ qabel il-kuntratt, tinħareġ sejħa biex jibda jopera s-servizz li mistenni jkompli jnaqqas it-traffiku u t-tniġġis.