Din is-sena, Transport Malta se talloka aktar minn sbatax-il miljun ewro f’inċentivi għall-pubbliku, fi skemi ta’ xiri ta’ vetturi elettriċi ġodda u li huma sostenibbli.
Dan tħabbar fi stqarrija minn Transport Malta, fejn intqal li €15-il miljun li huma allokati mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza, li ġejjin minn fondi Ewropej.
Dawn l-inċentivi finanzjarji jinkludu fost oħrajn dawk għax-xiri ta’ vetturi elettriċi użati, inċentivi għall-użu ta’ LPG minflok petrol jew diesel u għax-xiri ta’ vetturi aċċessibbli għall-wheel-chairs, li se jkunu qed jintużaw bħala taxis jew vetturi bil-Y plate.
Dawn l-inċentivi se jservu biex jinkoraġixxu l-użu ta’ vetturi sostenibbli u jniġġsu inqas.
L-applikazzjonijiet għal dawn l-inċentivi huma miftuħa u eliġibbli għal kull min hu sid ta’ vettura.
Kull min se japplika jista’ jikseb kopja tal-applikazzjoni mill-uffiċini ta’ Transport Malta jew mis-sit online tagħhom.