B’reazzjoni għal diversi stqarrijiet pubbliċi li ħarġu dwar il-Pre Qualification Questionnaire li kien ippubblikat dwar l-eventwalità li jkun hemm konċessjoni għal marina f’Wied il-Għajn, Transport Malta qalet li mhux minnu li hemm xi pjanti lesti jew li kollox hu ffinalizzat.
Sostniet li dak ippubblikat hu biss sejħa għal irid juri interess li jiżviluppa marina, kif tixhed anke l-pubblikazzjoni tal-PPQ, iżda il-proċess għadu fi stadju bikri ħafna.
Transport Malta saħqet li se jsiru diversi studji u proċessi oħra, ladarba jkunu magħrufa dawk li huma interessati. Dawn il-proċessi jinkludu konsultazzjoni wiesgħa inkluż mal-komunità tal-lokalita’ biex minn hemm jimmatura iżjed il-proġett, jiġu mfassla l-pjanti tiegħu u jiġi magħżul min se jwettqu bil-proċeduri kollha mitluba.
L-Aġenzija temmet tgħid li d-deċiżjoni li f’Wied il-Għajn issir marina, ittieħdet u kienet stabbilita fil-pjani lokali adottati fl-elfejn u sitta, permezz tal-politika tal-SMMS 04.