Il-Parlament Ewropew irrifjuta milli jikkopera mal-għaqda Transparency International, li hija meqjusa bħala waħda mill-aktar aġenziji prestiġjużi li tippubblika studji dwar il-korruzzjoni.
Il-Kap ta’ din l-aġenzija Michiel van Hulten saħaq ma’ sit internazzjonali li l-Parlament Ewropew huwa l-unika istituzzjoni tal-Unjoni Ewoprea li ma kkoperax magħhom. Intqal ukoll li l-istess ġara fl-elfejn u erbatax meta ħareġ rapport simili mill-istess aġenzija.
Fl-aħħar rapport li ppublikat din l-aġenzija, poġġiet lil pajjiżna minn ta’ l-aħħar fil-lista ta’ pajjiżi li għandhom il-korruzzjoni.
Fuq l-ewwel tal-lista hemm pajjiżi bħas-Somalja, is-Sudan, il-Jemen u s-Sirja.
Transparency International qalet kif ma tistax tifhem li istituzzjoni għolja fl-Unjoni Ewropea, li dejjem tisħaq fuq it-trasparenza u l-governanza t-tajba mhux qed tirikonoxxi l-istudji ppubblikati minnha.