Il-kampanja ‘Sort It Out’ ser tarma erba’ roti u ta’ kull xahar ser iżżur l-irħula u l-bliet Maltin u Għawdxin.
Dan bil-għan li tiżdied ir-rata ta’ riċiklaġġ u sseparar tal-iskart u b’hekk jiġi evitat l-użu tal-landfill. Il-WasteServ ħabbret li ser tagħmel użu minn flotta ġdida ta’ trakkijiet tal-ġbir li se jservu biex jippromwovu prattiċi sostenibbli relatati mal-iskart.
Kull xahar, dawn it-trakkijiet ser ikunu qed iżuru ċentri fil-lokalitajiet kollha madwar il-gżejjer u preżenti ser ikun hemm rappreżentanti sabiex jeduka lill-pubbliku kif wieħed għandu jamministra aħjar l-iskart.

Minister for the Environment, Sustainable Development and Climate Change José Herrera and Parliamentary Secretary for Local Government and Communities Silvio Parnis launch the Marketing Campaign with Kerbside Collection V
Huwa maħsub li din l-inizattiva għandha tara nuqqas fil-kontaminazzjoni tal-iskart riċiklabbli. Dan peress li t-trakkijiet se jkollhom kompartimenti separati għal tipi ta’ skart differenti.
Din il-kampanja se tippermetti lill-WasteServ tiffoka fuq skart perikoluż bħal żejt tat-tisjir, bozoz u tubi tad-dawl li sal-ġurnata tal-lum jintremgħu fiċ-Ċentru Ċiviku.
Jekk dan ma jintremiex b’mod korrett jista’ potenzjalment joħloq ħsara ambjentali sostanzjali kif ukoll periklu għas-saħħa pubblika.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Josè Herrera stqarr li l-għan ieħor ta’ din il-kampanja hija li li tagħmilha aktar konvenjenti għar-residenti sabiex jirriċiklaw.

Minister for the Environment, Sustainable Development and Climate Change José Herrera and Parliamentary Secretary for Local Government and Communities Silvio Parnis launch the Marketing Campaign with Kerbside Collection V
Il-Kap Eżekuttiv tal-WasteServe Tonio Montebello stqarr li b’hekk ukoll qed nimbuttaw prattiċi sostenibbli ta’ separazzjoni ta’ skart.
Montebello stqarr: “Permezz tiegħu ser inkunu qegħdin nagħtu aktar aċċessibilità għal dawk il-persuni li m’għandhomx il-fakultà jew il-mobilità imorru fis-CA sites u b’hekk ser ikunu qed jiġu fl-irħula u jarmu f’dawn it-trakkijiet.”